Language of document :

Appell ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2015 miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fid-29 ta’ April 2015 fil-Kawżi magħquda F-159/12 u F-161/12, CJ vs ECDC

(Kawża T-395/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant:Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (rappreżentanti: J. Mannheim u A. Daume, aġenti, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: CJ (Agios Stefanos, il-Greċja)

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29/04/2015 fil-Kawżi magħquda F-159/12 u F-161/12, fir-rigward tal-motiv ikkontestat fl-appell u

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi min-naħa tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fir-rigward tal-portata tad-dritt għal smigħ.

Mingħajr ma bbaża fuq kwalunkwe ġurisprudenza jew mingħajr ma pprovda raġunament speċifiku, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku adotta interpretazzjoni estensiva tal-portata tad-dritt għal smigħ, applikabbli mhux biss għal allegazzjonijiet magħmula fir-rigward ta’ individwu, iżda wkoll għal konsegwenzi li jirriżultaw mill-aġir ta’ dak l-individwu. Minbarra dan, l-approċċ meħud mit-Tribunal tas-Servizz Pubbliku fir-rigward tal-portata tad-dritt għal smigh ma jaqbilx mal-konklużjonijiet tiegħu stess fis-sentenza appellata.It-tieni aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi min-naħa tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-konklużjoni li wasal għaliha wara l-evalwazzjoni dwar jekk fl-assenza ta’ din l-irregolarità allegata, il-proċedura setgħetx wasslet għal riżultat differenti.It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, peress li li rrikonoxxa li r-relazzjoni ta fiduċja bejn l-appellat u l-appellanti kienet tkissret irrimedjabbilment, l-assenza tal-irregolarità allegata ma kinitx twassal għal riżultat differenti.

____________