Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2015 – Università del Salento vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-393/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Università del Salento (Lecce, l-Italja) (rappreżentanti: F. Vetrò, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla l-atti kkontestati u, konsegwentement, tordna l-ħlas tas-somom li għadhom dovuti lid-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Innovazzjoni tal-Università del Salento f’dak li jikkonċerna l-kuntratt bl-isem “Support for training career of researchers, Grant Agreement n° 6102350, Explaining the nature of technological innovation in Chinese enterprises”, bil-konsegwenzi kollha fil-liġi, inkluż f’dak li jikkonċerna l-ispejjeż ta’ din l-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra l-att tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali Baġit, Implementazzjoni baġitarja (baġit ġenerali u EDF) Irkupru ta’ krediti, tal-4 ta’ Mejju 2015, referenza. N. D/CA – B.2 – 005817, u kontra n-nota ta’ debitu annessa miegħu. L-att imsemmi jistabbilixxi t-tpaċija tal-kreditu li d-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Innovazzjoni tal-Università del Salento kellu fir-rigward tal-Kummissjoni, għall-finijiet tal-implementazzjoni ta’ kuntratt tat-tip imsejjaħ Marie Curie, bl-isem “Support for training career of researchers, Grant Agreement n° 6102350, Explaining the nature of technological innovation in Chinese enterprises”, b’dejn li, skont il-Kummissjoni Ewropea, id-Dipartiment tax-Xjenzi Legali ta’ din l-istess Università del Salento kellu mal-istess Kummissjoni, fir-rigward tal-kuntratt bl-isem “Agreement JUST/2010/JPEN/AG/1540 – Judicial Training and Research on EU crimes against environment and maritime pollution”.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 3 u 24 tal-Kostituzzjoni Taljana, fuq abbuż ta’ poter, fuq eċċess ta’ poter minħabba preżunzjonijiet żbaljati, fuq investigazzjoni ħażina, fuq żball ta’ fatt, kif ukoll fuq il-ksur u l-applikazzjoni ineżatta tal-Artikolu 81 tar-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni Ewropea.F’dan ir-rigward, issir l-osservazzjoni li t-tpaċija ġiet implementata bi ksur tar-regoli Ewropej ta’ ċertezza, likwidità u eżiġibbiltà. F’dan il-każ, id-debitur jikkontesta d-dejn allegat, hekk kif jirriżulta mill-korrispondenza ppreżentata fil-proċess. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija unilaterali u, bħala tali, tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza.It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ effettività tas-sistema legali tal-Unjoni, il-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba u fuq eċċess ta’ poter minħabba investigazzjoni ħażina.F’dan ir-rigward, issir l-osservazzjoni li s-somom dovuti għall-proġett ta’ riċerka tad-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Innovazzjoni kellhom jitħallsu biss mat-tlestija tal-attività ta’ riċerka li dawn ġew assenjati għaliha, u ma setgħux ikunu s-suġġett ta’ tpaċija ma’ krediti relattivi għal attivitajiet differenti minn dik implementata mill-proġett ta’ riċerka inkwistjoni, mingħajr ma jinkiser il-prin

ċipju ta’ effettività. L-atti kkontestati jiksru wkoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba peress li meta wettqet it-tpaċija, il-Kummissjoni ma użatx is-somom assenjati konformement mal-użu intiż tagħhom.It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 296 TFUE.F’dan ir-rigward, issir l-osservazzjoni li l

-att ikkontestat ma jissodisfax l-obbligu ta’ motivazzjoni previst mid-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq, peress li ma jindika la s-sorsi, la l-motivi, u lanqas ir-rekwiżiti legali tad-deċiżjoni li s-somom mistennija mid-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Innovazzjoni j

iġu paċuti bis-somom mitluba mid-Dipartiment tax-Xjenzi Legali.

____________