Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2015 – European Dynamics Luxembourg et vs L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji

(Kawża T-392/15)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Evropaiki Dinamiki — Proigmena Sistimata Tilepikinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja), European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: I. Ambazis u M. Sfyri, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (AEF)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (AEF) li ġiet innotifikata lilhom fit-8 ta’ Mejju 2015 permezz ta’ ittra mid-Direttur tas-servizz tar-riżorsi u sostenn li biha l-AEF ikklassifikat l-offerta tar-rikorrenti fit-tieni pożizzjoni fil-kuntest ta’ lott nru. 1 “żvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni fil-post fuq il-bażi tal-ħin u tar-riżorsi allokati (inklużi studji u assistenza)” tal-proċedura tal-appell tal-offerti miftuħa Nru 2015/S019-029728 intitolata “ERA/2015/01/OP ESP-EISD 5 (Kuntratt ta’ servizzi esterni fl-ambitu tal-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni għall-AEF)”;

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferrovij li ġiet innotifikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra mid-Direttur tas-servizz tar-riżorsi u sostenn li biha l-AEF ikklassifikat l-offerta tar-rikorrenti fit-tieni pożizzjoni fil-kuntest ta’ lott nru. 2 “żvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni barra mill-post (inklużi studji u assistenza)” tal-proċedura tal-appell tal-offerti miftuħa Nru 2015/S019-029728 intitolata “ERA/2015/01/OP ESP-EISD 5 (Kuntratt ta’ servizzi esterni fl-ambitu tal-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni għall-AEF)”;tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (AEF) għall-ispejjeż kollha.Motivi u argumenti prinċipaliIr-rikorrenti jqisu li d-deċiżjonijiet ikkontestati għandhom jiġu annullati, konformement mal-Artikolu 263 TFUE, minħabba li l-AEF kisret l-obbligu tal-motivazzjoni li taqa’ fuqha peress li pprovdiet motivazzjoni insuffiċjenti fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-offerta teknika tar-rikorrenti b’paragun ma’ offerti baxxi b’mod anormali.

____________