Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2016 – ECDC vs CJ

(Kawża T-395/15 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Kuntratt għal żmien determinat – Xoljiment – Ksur tar-rabta ta’ fiduċja – Dritt għal smigħ”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (rappreżentanti: J. Mannheim u A. Daume, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: CJ (Agios Stefanos, il-Greċja) (rappreżentant: V. Kolias, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tad-29 ta’ April 2015, CJ vs ECDC (F-159/12 u F-161/12, EU:F:2015:38) u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 311, 21.9.2015