Language of document : ECLI:EU:T:2016:598





tmilcjeSentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) tal‑5 ta’ Ottubru 2016 – ECDC vs CJ

(Kawża T‑395/15 P)

“Appell – Servizz pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Kuntratt għal żmien determinat – Xoljiment – Ksur tar-rabta ta’ fiduċja – Dritt għal smigħ”

1.                     Uffiċjali – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Xoljiment antiċipat ta’ kuntratt għal żmien determinat bi preavviż – Dritt għal smigħ – Portata – Xoljiment mingħajr ma l-persuna kkonċernata tiġi avżata – Ksur – Konsegwenzi (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2)(a), 47 u 48; Kundizzjonijiet tal-impieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikolu 47(b)(ii)) (ara l-punti 53‑55, 57, 59, 60, 62, 63, 65, 80)

2.                     Uffiċjali – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Obbligu li tinstema’ l-persuna kkonċernata qabel l-adozzjoni ta’ att li jikkawżalha preġudizzju – Portata (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)) (ara l-punt 73)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tad‑29 ta’ April 2015, CJ vs ECDC (F‑159/12 u F‑161/12, EU:F:2015:38) u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) huwa kkundannat għall-ispejjeż.