Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2017 – European Dynamics Luxembourg et vs L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji

(Kawża T-392/15)1

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi esterni fid-dawl tal-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-ferroviji – Klassifikazzjoni tal-offerta ta’ offerent – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Obbligu ta’ motivazzjoni – Offerta anormalment baxxa”

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja), u European Dynamics Belgium SA, (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn I. Ampazis, M. Sfyri, C.-N. Dede u D. Papadopoulou, sussegwentement minn M. Sfyri, C.-N. Dede u D. Papadopoulou, avukati)

Konvenut: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (rappreżentanti: inizjalment minn J. Doppelbauer, sussegwentement minn G. Stärkle u Z. Pyloridou, aġenti, assistiti minn V. Christianos, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-ferroviji li tikklassifika offerti magħmula mir-rikorrenti għall-lottijiet 1 u 2 tal-kuntratt ERA/2015/01/OP “ESP EISD 5 – Kuntratt għal servizzi esterni fid-dawl tal-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni [għal din]”.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u European Dynamics Belgium SA huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 328, 5.10.2015.