Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2017 – Università del Salento vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-393/15) 1

(“Klawżola ta’ arbitraġġ – Programm ġenerali ‘Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja’ – Programm speċifiku ‘Ġustizzja Kriminali’ – Irkupru ta’ somom imħallsa mill-Kummissjoni b’eżekuzzjoni ta’ ftehim ta’ sussidju – Tpaċija ta’ djun – Klassifikazzjoni mill-ġdid parzjali tar-rikors – Talba intiża li tiġi kkonstatata l-ineżistenza ta’ dejn kuntrattwali”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Università del Salento (Lecce, l-Italja) (rappreżentant: F. Vetrò, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Di Paolo, F. Moro, L. Cappelletti u O. Verheecke, sussegwentement L. Di Paolo, F. Moro u O. Verheecke, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, l-ewwel nett, għall-annullament tad-Deċiżjoni D/C4 – B.2 – 005817 tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Mejju 2015, li permezz tagħha twettqet tpaċija bejn ammont dovut lir-rikorrenti fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt fil-kuntest tal-ewwel proġett, Entice (Explaining the Nature of Technological Innovation in Chinese Enterprises), u dejn tar-rikorrenti fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt fil-kuntest tat-tieni proġett, intitolat “Judicial Training and Research on EU crimes against environment and maritime pollution”, it-tieni nett, għall-annullament ta’ kull att ieħor preċedenti, sussegwenti jew, fi kwalunkwe każ, konness ma’ din id-deċiżjoni u, it-tielet nett, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lir-rikorrenti l-ammonti dovuti lilha b’eżekuzzjoni tal-proġett Entice u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża li tiġi kkonstatata l-ineżistenza tad-dejn invokat mill-Kummissjoni fir-rigward tal-eżekuzzjoni tat-tieni proġett.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Università del Salento hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 311, 21.9.2015.