Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – KPN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-394/15) 1

(“Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Suq Olandiż tas-servizzi televiżivi u tas-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE – Impenji – Obbligu ta’ motivazzjoni – Suq inkwistjoni – Effetti vertikali – Stħarriġ ġudizzjarju”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KPN BV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. de Pree, C. van der Hoeven u G. Hakopian, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Malferrari, J. Szczodrowski, H. van Vliet u F. van Schaik, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 7241 final, tal-10 ta’ Ottubru 2014, li tiddikkjara kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni li tikkonċerna l-akkwist minn Liberty Global plc tal-kontroll esklużiv ta’ Ziggo NV (Każ COMP/M.7000 – Libety Global/Ziggo) (ĠU 2015, C 145, p. 7).

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 7241 final li tiddikkjara kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni li tikkonċerna l-akkwist minn Liberty Global plc tal-kontroll esklużiv ta’ Ziggo NV (Każ COMP/M.7000 – Libety Global/Ziggo) hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 302, 14.9.2015.