Language of document : ECLI:EU:T:2017:756





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017 – KPN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-394/15)

“Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Suq Olandiż tas-servizzi televiżivi u tas-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE – Impenji – Obbligu ta’ motivazzjoni – Suq inkwistjoni – Effetti vertikali – Stħarriġ ġudizzjarju”

1.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni ta’ applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi – Deċiżjoni li tawtorizza tranżazzjoni ta’ konċentrazzjoni

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004)

(ara l-punti 49-51)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Motiv ibbażat fuq in-nuqqas jew l-insuffiċjenza tal-motivazzjoni – Motiv ibbażat fuq l-ineżattezza tal-motivazzjoni – Distinzjoni

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punt 52)

3.      Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Eżami mill-Kummissjoni – Definizzjoni tas-suq inkwistjoni – Possibbiltà għall-Kummissjoni li tħalli din id-definizzjoni miftuħa – Kundizzjonijiet

(Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004)

(ara l-punt 60)

4.      Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq intern – Effetti antikompetittivi li jirriżultaw minn relazzjoni vertikali diretta – Assenza ta’ analiżi – Obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni – Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004)

(ara l-punti 57-73)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 7241 final tal-10 ta’ Ottubru 2014 li tiddikkjara kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni li tikkonċerna l-akkwist minn Liberty Global plc tal-kontroll esklużiv ta’ Ziggo NV (Każ COMP/M.7000 – Libety Global/Ziggo) (ĠU 2015, C 145, p. 7).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 7241 final li tiddikkjara kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni li tikkonċerna l-akkwist minn Liberty Global plc tal-kontroll esklużiv ta’ Ziggo NV (Każ COMP/M.7000 – Libety Global/Ziggo) hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.