Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta' April 2008

Pickering vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-103/05)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Koeffiċjenti Korretturi - Trasferiment ta' parti mir-remunerazzjoni barra mill-pajjiż ta' impjieg - Pensjonjiet - Proċedura f'każ ta' kontumaċja - Applikazzjoni fit-terminu tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Attestazzjonijiet tal-paga - Eċċezzjoni ta' illegalità - Trattament ugwali bejn uffiċjali - Prinċipju ta' protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi, drittijiet akkwiżiti, prinċipju ta' ċertezza legali u obbligu ta' premura - Obbligu ta' motivazzjoni)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Stephen Pickering (La Hulpe, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u D. Martin, aġenti).

Suġġett

L-annullament tad-dikjarazzjonijiet ta' remunerazzjoni tar-rikorrent għax-xhur ta' Diċembru 2004, Jannar u Frar 2005, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet sussegwenti kollha, safejn dawn japplikaw dispożizzjonijiet allegatament illegali tar-Regolament Nru 723/2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal, dwar it-trasferiment ta' parti mir-remunerazzjoni lejn il-pajjiż ta' oriġini ta' l-uffiċjal (li qabel kienet T-393/05)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 10, 14.01.2006, p. 27 (kawża inizzjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej taħt in-numru T-393/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea permezz ta' digriet tal-15.12.2005).