Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Marzu 2011 - Häfele vs UASI (Infront)

(Kawża T-166/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Häfele GmbH & Co. KG (Nagold, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u J. Dönch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta' Jannar 2011 fil-Każ R 1711/2010-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Infront" għal prodotti fil-klassijiet 6 u 20

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li t-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv, ma hijiex deskrittiva u ma saritx sinjal jew indikazzjoni komuni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 2009, L 78, p. 1).