Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Ottubru 2011 - Secure Computing vs UASI - Investronica (SECUREOS)

(Kawża T-277/07) 1

("Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Secure Computing Corp. (Roseville, Minnesota, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H. Kunz-Hallstein u R. Kunz-Hallstein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Investronica, SA. (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment E. López Leiva, sussegwentement J. L. Zurdo Rivas, sussegwentement J. L. Zurdo Rivas u E. López Camba, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta' April 2007 (Każ R 1063/2006-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Investrónica, SA u Secure Computing Corp.

Dispożittiv

Ma għadx kemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.

____________

1 - ĠU C 235, 06.10.2007.