Language of document : ECLI:EU:T:2010:527





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 – Martin vs Il-Parlament

(Kawża T-276/07)

“Regolament dwar il-ħlas tal-ispejjeż u allowances lil membri tal-Parlament Ewropew – Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament”

1.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti tal-forma proċedurali sostanzjali - Sunt tal-motivi invokati (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 58)

2.                     Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Neċessità ta’ interess reali u attwali - Rikors kontra deċiżjonijiet li mal-preżentata tar-rikors kienu għadhom ma ġewx adottati - Inammissibbiltà (Artikolu 230 KE) (ara l‑punti 61-63)

3.                     Proċedura - Rikors promotur - Suġġett tal-kawża - Definizzjoni - Emenda fil-mori tal-kawża - Projbizzjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1) u 48(2)) (ara l-punt 65)

4.                     Parlament - Leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż u l-allowances għad-deputati tal-Parlament Ewropew - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Responsabbiltà ta’ membru tal-Parlament li għamel it-talba fir-rigward ta’ din l-istituzzjoni - Terz li jagħmel il-ħlasijiet inkarigat bil-ġestjoni tal-ammonti mħallsa - Nuqqas ta’ effett (ara l-punti 95, 96)

5.                     Parlament - Leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż u l-allowances għad-deputati tal-Parlament Ewropew - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Terz li jagħmel il-ħlasijiet inkarigat bil-ġestjoni tal-ammonti mħallsa - Nuqqas ta’ dokumenti li jiġġustifikaw użu konformi - Obbligu ta’ rimbors (ara l-punti 100, 108)

6.                     Parlament - Leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż u l-allowances għad-deputati tal-Parlament Ewropew - Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament - Obbligu inkundizzjonat (ara l-punt 114)

7.                     Dritt Komunitarju - Prinċipji - Drittijiet tad-difiża - Dokumenti li ma kinux is-suġġett ta’ teħid ta’ pożizzjoni mill-parti interessata - Esklużjoni bħala prova - Limiti (ara l-punti 125, 127, 130)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2007 u, sa fejn ikun hemm bżonn, tan-nota ta’ debitu tad-Direttur Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament tat-13 ta’ Ġunju 2007, meħuda sabiex teżegwixxi d-deċiżjoni tal-10 ta’ Mejju 2007, kif ukoll, jekk jagħti l-każ, kull deċiżjoni għall-eżekuzzjoni tal-atti msemmija iktar ’il fuq li tittieħed matul il‑proċeduri.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hans-Peter Martin huwa kkundannat għall-ispejjeż.