Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2007 - Ebro Puleva vs L-UASI - Berenguel (BRILLO'S)

(Kawża T-275/07)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ebro Puleva SA (Madrid) (rappreżentant: P. Casamitjana Lleonart, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Luis Berenguel SL

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' Appell ta' l-UASI tal-21 ta' Mejju 2007, mogħtija fil-każ Nru R 493/2006-2 (relativ għall-proċedimenti ta' oppożizzjoni B 705 790).

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: LUIS BERENGUEL, SL

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "BRILLO'S", għall-prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31 (applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 2.984.995).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva Spanjola "brillante" (trade mark Nru 922.772) għal prodotti fil-klassi 30, u t-trade mark figurattiva Spanjola "brillante" (trade mark Nru 2.413.459) għal prodotti fil-klassi 29.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: ċaħda ta' l-oppożizzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors.

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, in kwantu ġie meqjus li s-sinjali kunfliġġenti huma fonetikament, kunċettwalment u viżwalment distinti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) ta' l-20 ta' Diċembru 1993, Nru 40/94, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).