Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Lulju 2007 - Secure Computing vs L-UASI - Investronica (SECUREOS)

(Kawża T-277/07)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Secure Computing (Minnesota, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Kunz-Hallstein u R. Kunz-Hallstein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Investronica, SA.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-25 ta' April 2007 fil-każ R 1063/2006-1;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Secure Computing

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "SECUROS" għal prodotti fil-klassi 9 (applikazzjoni Nru 2659944)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Investronica, SA

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali "SECURERO" (trade mark Komunitajra Nru 2 126 290) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 16, 35, 36, 37 u 42 kif ukoll it-trade mark figurattiva "secureuro" (trade mark Komunitarja Nru 2 418 135) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 16, 35 u 36.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppożizzjoni u tiċħad ir-reġistrazzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 8(1), ta' l-Artikolu 73 u tat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/941.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1).