Language of document : ECLI:EU:T:2008:545





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2008 – Ebro Puleva vs UASI – Berenguel (BRILLO’S)

(Kawża T-275/07)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BRILLO’S – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li fihom l-element verbali “brillante” – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 28)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Mejju 2007 (Każ R 493/2006-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ebro Puleva, SA u Luis Berenguel, SL.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Luis Berenguel, SL

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali BRILLO’S għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31 – Applikazzjoni Nru 2984995

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Ebro Puleva, SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade marks figurattivi Spanjoli “brillante” għal prodotti fil-klassi 30 (Trade mark Nru 922772) u fil-klassi 29 (Trade mark Nru 2413459)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ebro Puleva, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.