Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Ottubru 2008 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-278/07)1

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà Soċjali - Inċident fuq il-post tax-xogħol - Deċiżjoni ta' għeluq il-proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Nuqqas ta' att li jikkawża preġudizzju - Appell mhux fondat")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitjiet Ewropej (rappreżentant: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-11 ta' Mejju 2007, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-2/06, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), sabiex jiġi annullat dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 211, 8.9.2007.