Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2010 - Martin vs Il-Parlament

(Kawża T-276/07) 1

("Regolament dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji għall-membri tal-Parlament Ewropew -Irkupru ta' somom imħallsa indebitament")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Hans-Peter Martin (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: É. Boigelot, T. Bontinck u S. Woog, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn H. Krück, D. Moore u C. Karamarcos, u sussegwentement minn H. Krück, D. Moore u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2007 u, sa fejn ikun hemm bżonn, tan-nota ta' debitu tad-Direttur Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament tat-13 ta' Ġunju 2007, meħuda sabiex teżegwixxi d-deċiżjoni tal-10 ta' Mejju 2007, u jekk jagħti l-każ, kull deċiżjoni għall-eżekuzzjoni tal-atti msemmija iktar 'il fuq li tittieħed matul il-proċeduri.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Hans-Peter Martin huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 211, 08.09.2007.