Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-25 ta’ Mejju 2023 – DS vs Pensionsversicherungsanstalt

(Kawża C-323/23, Pensionsversicherungsanstalt)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DS.

Konvenut: Pensionsversicherungsanstalt.

Domanda preliminari

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin tal-Unjoni li ma huwiex ekonomikament attiv ma huwiex intitolat għal benefiċċju ta’ assistenza soċjali fis-sens ta’ din id-direttiva jekk jirrisjedi fl-Istat Membru ospitanti għal iktar minn tliet xhur iżda għal inqas minn ħames snin, u jikseb id-dritt ta’ residenza tiegħu biss fuq il-kwalità tiegħu bħala konjuġi (il-punt 2(a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/38) ta’ ċittadina tal-Unjoni (ħaddiema migranti) impjegata fl-Istat Membru ospitanti (l-Artikolu 7(1)(d) tad-Direttiva 2004/38), iżda ma għandux dritt oriġinali ta’ residenza taħt l-Artikolu 7(1)(a), (b) jew (ċ) tad-Direttiva 2004/38?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.