Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2024 – Ehrenreiter vs EUIPO – Podersdorf Tourismus und Freizeitbetriebsgesellschaft (PODOBEACH)

(Kawża T-243/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Johannes Ehrenreiter (Podersdorf, l-Awstrija) (rappreżentant: S. Salomonowitz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: EUIPO – Podersdorf Tourismus und Freizeitbetriebsgesellschaft m.b.H. (Podersdorf am See, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “PODBEACH” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 461 013

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2024 fil-Każ R 790/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

temenda d-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-oppożizzjoni tintlaqa’ fl-intier tagħha u li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea tiġi miċħuda;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tieħu deċiżjoni ġdida, jew tibgħat il-kawża lura lill-Bord tal-Appell għal eżami mill-ġdid;

fil-każ li l-kawża tintbagħat lura lill-Bord tal-Appell, tiddeċiedi li dan il-Bord tal-Appell għandu jieħu deċiżjoni b’konformità mal-interpretazzjoni ġuridika mogħtija mill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________