Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2024 – UF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-24/23) 1

(“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Kuntratt għal żmien indeterminat – Xoljiment ta’ kuntratt – Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Terminazzjoni tar-rabta ta’ fiduċja – Assenza ta’ stabbiliment tal-fatti”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: UF (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: I. Melo Sampaio, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-8 ta’ April 2022 li permezz tagħha din xoljiet il-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat u, min-naħa l-oħra, kumpens għad-dannu li huwa allegatament ġarrab minħabba f’hekk.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-8 ta’ April 2022 li xxolji l-kuntratt ta’ xogħol bħala membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat ta’ UF hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 94, 13.3.2023.