Language of document : ECLI:EU:C:2013:813

Kawża C‑394/12

Shamso Abdullahi

vs

Bundesasylamt

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Asylgerichtshof)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema Ewropea komuni dwar l-ażil – Regolament (KE) Nru 343/2003 – Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ talba għal ażil – Stħarriġ tal-osservanza tal-kriterji ta’ responsabbiltà għall-eżami ta’ talba għal ażil – Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ Diċembru 2013

Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-ażil – Kriterji u mekkaniżmi ta’ determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil – Regolament Nru 343/2003 – Metodu ta’ interpretazzjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata – Kontestazzjoni mill-persuna li tkun qiegħda tfittex l-ażil tat-teħid ta’ responsabbiltà aċċettat mill-Istat Membru tal-ewwel dħul – Kundizzjonijiet – Nuqqasijiet sistematiċi tal-proċedura tal-ażil u tal-kundizzjonijiet ta’ riċeviment tal-persuni li jkunu qegħdin ifittxu l-ażil fi Stat Membru – Riskju reali ta’ trattamenti inumani jew degradanti

(Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 4; Regolament tal-Kunsill Nru 343/2003, Artikoli 10(1) u 19(2))

L-Artikolu 19(2), tar-Regolament Nru 343/2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex ikun determinat l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għall-ażil depożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi fejn Stat Membru jkun aċċetta l-inkarigu ta’ persuna li tkun qiegħda tfittex l-ażil b’applikazzjoni tal-kriterju inkluż fl-Artikolu 10(1) tal-Kapitolu III tal-imsemmi regolament, jiġifieri, bħala l-Istat Membru tal-ewwel dħul tal-persuna li tkun qiegħda tfittex l-ażil fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, din il-persuna tista’ tikkontesta l-għażla ta’ dan il-kriterju biss billi tinvoka l-eżistenza ta’ nuqqasijiet sistematiċi tal-proċedura tal-ażil u tal-kundizzjonijiet ta’ riċeviment tal-persuni li jkunu qegħdin ifittxu l-ażil f’dak l-Istat Membru li jikkostitwixxu raġunijiet serji u verifikati li jwasslu għall-konvinzjoni li din il-persuna li qiegħda tfittex l-ażil ser tassumi riskju reali li tiġi ssuġġettata għal trattamenti inumani jew degradanti, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Fir-rigward tal-portata tar-rikors previst fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 343/2003, hemm lok li dan ir-regolament jiġi interpretat mhux biss fid-dawl tal-kliem tad-dispożizzjonijiet li jikkomponuh, iżda wkoll fid-dawl tal-istruttura ġenerali tiegħu, tal-għanijiet tiegħu u tal-kuntest tiegħu, partikolarment tal-evoluzzjoni li għadda minnha b’konnessjoni mas-sistema li jaqa’ fiha.

(ara l-punti 51, 62 u d-dispożittiv)