Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Novembru 2008 - SPM vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-128/05)1

("Responsabbilità mhux kuntrattwali tal-Komunità - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Banana - Sistema ta' importazzjoni fit-territorju tal-Unjoni Ewropea ta' banana li toriġina mill-pajjiżi AKP - Aġir legali jew illegali - Dannu allegatament imġarrab minn produttur AKP indipendenti")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société des plantations de Mbanga SA (SPM) (Douala, il-Kamerun), (rappreżentanti: inizjalment P. Soler Couteaux u S. Cahn, sussegwentement S. Cahn, B. Doré u A. Farache, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. De Gregorio Merino, M. Balta u A. Westerhof Löfflerova, aġenti); u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Erwopej (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u L. Visaggio, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni, skont l-Artikoli 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE, ibbażat, prinċipalment, fuq l-aġir illegali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-istabbiliment tal-leġiżlazzjoni dwar l-importazzjoni tal-banana fil-Komunità u, sussidjarjament, fuq ir-responsabbiltà tal-Komunità fin-nuqqas ta' aġir illegali ta' dawn iż-żewġ istituzzjonijiet.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Société des plantations de Mbanga SA (SPM) hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 171, 9.7.2005.