Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2015 – SolarWorld u Solsonica vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-393/13) 1

[“Dumping – Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati miċ-Ċina – Dazju anti-dumping provviżorju”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja); u Solsonica SpA (Cittaducale, l-Italja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013, tal-4 ta’ Ġunju 2013, li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2013 li jagħmel dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 152, p. 5) sa fejn ir-rata tal-imsemmija dazji provviżorji hija stabbilita, għall-perijodu mis-6 ta’ Ġunju sal-5 ta’ Awwissu 2013, għal-livell li jelimina la d-dumping u lanqas id-dannu, fit-tieni lok, talba għall-ordni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li japplikaw ir-rati sħaħ tad-dazji antidumping mis-6 ta’ Ġunju 2013 u, fit-tielet lok, talba għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni għad-dannu li r-rikorrenti subew minħabba l-applikazzjoni, matul il-perijodu mis-6 ta’ Ġunju sal-5 ta’ Awwissu 2013 tad-dazji anti-dumping provviżorji għar-rata stabbilita mir-Regolament Nru 513/2013. DispożittivIt-tieni kap tat-talbiet ta’ SolarWorld AG u Solsonica SpA, intiż sabiex ikun mehmuż lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li japplikaw ir-rati tad-dazju antidumping indikati fl-Artikolu 1(2)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013, tal-4 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin, u l-komponenti ewlenin (ċelloli u wejfers) li joriġinaw jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2013 li jagħmel dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni, u dan mis-6 ta’ Ġunju 2013, huwa manifestament inammissibbli.Ma tistax iżjed tingħ

ata deċiżjon

i fuq ir-rikors għal annullament tar-Regolament Nru 513/2013 u fuq ir-rikors għad-danni.SolarWorld u Solsonica għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll terz mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Din tal-aħħar għandha tbati l-bqija mill-ispejjeż tagħha stess.