Language of document : ECLI:EU:T:2015:648





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Settembru 2015 –
Miettinen vs Il-Kunsill

(Kawża T‑395/13)

“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Parir tas-servizz legali tal-Kunsill fuq proposti ta’ direttiva u ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sanzjonijiet kriminali applikabbli għall insider dealing u għall-manipulazzjoni tas-suq – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ pariri legali – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali”

1.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Interpretazzjoni u applikazzjoni stretti – Obbligu ta’ eżami konkret u individwali għad-dokumenti koperti minn eċċezzjoni – Portata li tikkonċerna d-dokumenti abbażi tal-proċess leġiżlattiv (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, il-ħdax il-premessa u Artikolu 4(2) u (3)) (ara l-punti 17-21, 58)

2.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-pariri legali – Obbligu għall-istituzzjoni li teżamina n-natura ta’ parir legali tal-att u l-possibbiltà konkreta ta’ preġudizzju għall-protezzjoni tal-parir legali u li tivverifika l-assenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-pubblikazzjoni tagħha (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2)) (ara l-punti 24, 25)

3.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-pariri legali – Interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar ta’ dokumenti – Kunċett – Obbligu għall-istituzzjoni li tibbilanċja l-interessi inkwistjoni – Żvelar tal-pariri legali dwar il-proċessi leġiżlattivi – Obbligu għall-istituzzjoni li timmotiva kull deċiżjoni ta’ rifjut ta’ aċċess b’mod dettaljat (Regolament tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2)) (ara l-punti 26, 27)

4.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-pariri legali – Interess pubbliku superjuri li jiġġustifikaw l-iżvelar ta’ dokumenti – Kunċett – Riskju ta’ preġudizzju għall-kapaċità ta’ istituzzjoni li tiddefendi l-pożizzjoni tagħha waqt proċeduri ġudizzjarji – Esklużjoni (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2)) (ara l-punt 31)

5.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-pariri legali – Kunċett – Portata – Żvelar tal-pariri legali dwar il-proċessi leġiżlattivi – Bżonn ġenerali ta’ kunfidenzjalità – Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2)) (ara l-punti 35, 36, 46, 71)

6.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Kundizzjonijiet – Preġudizzju konkret, effettiv u gravi għall-imsemmi proċess (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(3)) (ara l-punt 59)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 li tirrifjuta l-aċċess integrali għad-Dokument 12979/12, tas-27 ta’ Lulju 2012, li għandha l-parir tas-servizz legali tal-Kunsill dwar proposti għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sanzjonijiet penali applikabbli għat-tranżazzjonijiet insider dealings u għall-abbuż tas-suq, regolament dwar it-tranżazzjonijiet insider dealings u l-abbuż tas-suq u strumenti oħra rigward l-armonizzazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi fil-qafas tas-servizzi finanzjarji.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 li tirrifjuta l-aċċess integrali għad-Dokument 12979/12, tas-27 ta’ Lulju 2012, li għandha l-parir tas-servizz legali tal-Kunsill dwar proposti għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sanzjonijiet penali applikabbli għat-tranżazzjonijiet insider dealings u għall-abbuż tas-suq, regolament dwar it-tranżazzjonijiet insider dealings u l-abbuż tas-suq u strumenti oħra rigward l-armonizzazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi fil-qafas tas-servizzi finanzjarji finanzjarji, kif ukoll l-ittra tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2013 huma annullati.

2)

Il-Kunsill huwa kkundannat li jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Samuli Miettinen.

3)

Ir-Renju tal-Isvezja u r-Repubblika tal-Estonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.