Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – La Ferla vs Il-Kummissjoniu u l-ECHA

(Kawża T-392/13) 1

(“REACH — Ħlasijiet dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza — Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju — Żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża — Rakkomandazzjoni 2003/361/KE — Deċiżjoni li timponi spiża amministrattiva — Talba għal informazzjoni — Setgħa tal-ECHA —Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Leone La Ferla SpA (Melilli, l-Italja)(rappreżentanti: G. Passalacqua, J. Occhipinti u G. Calcerano, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Di Paolo u K. Talabér Ritz, aġenti) u L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċ (rappreżentanti: iniżjalment M. Heikkilä, A. Iber, E. Bigi, E. Maurage u J.-P. Trnka, sussegwentement M. Heikkilä, E. Bigi, E. Maurage u J.-P. Trnka, aġenti, assistiti minn C. Garcia Molyneux, avukat)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament ta’ diversi atti tal-Kummissjoni jew tal-ECHA, fit-tieni lok, talba intiża sabiex l-ECHA tiġi kkundannata tirrimborsa s-somom li nġabru indebitament u, fit-tielet lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors, sa fejn huwa mressaq kontra l-Kummissjoni Ewropea, huwa miċħud għaliex inammissibbli.

Ir-rikors, sa fejn huwa mressaq kontra l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), huwa miċħud għaliex parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.

Leone La Ferla SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 291, 5.10.2013.