Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Settembru 2012 - Cosma Moden vs UASI - s.Oliver Bernd Freier (COSMA)

(Kawża T-398/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Cosma Moden GmbH & Co. KG (Emsdetten, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Meyer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: s.Oliver Bernd Freier GmbH & Co. KG (Rottendorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta' Lulju 2012 fil-Każ R 2011/2010-4 dwar l-Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 589 808 u tirriformaha fis-sens li l-appell jiġi ddikjarat fondat u konsegwentement l-oppożizzjoni tiġi miċħuda anki fil-kumplament tagħha;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "COSMA", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 24, 25 u 35 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 589 808

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: s.Oliver Bernd Freier GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "comma," u t-trade mark verbali nazzjonali "comma,", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 6, 9, 14, 18, 20, 25, 26, 28 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________