Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Settembru 2012 - Fetim vs UASI - Solid Floor (Solidfloor The professional's choice)

(Kawża T--395/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fetim BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: L. Bakers, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Solid Floor Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta' Ġunju 2012 fil-Każ R 884/20011-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva "Solidfloor The professional's choice" għal prodotti fil-klassi 19 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5667837

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark tar-Renju Unit Nru°2390415 tat-trade mark figurattiva "SOLID floor", għal prodotti fil-klassijiet 19 u 37; isem kummerċjali "Solid Floor Ltd" użat fil-kummerċ fir-Renju Unit; isem ta' dominju "SOLID Floor" użat fil-kummerċ fir-Renju Unit

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata, oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________