Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Pau (Franza) fis-6 ta' Mejju 2013 - Khaled Boudjlida vs Préfet des Pyrénées-Atlantiques

(Kawża C-249/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Pau

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Khaled Boudjlida

Konvenut: Préfet des Pyrénées-Atlantiques

Domandi preliminari

Liema hija l-portata, għal barrani ċittadin ta' pajjiż terz li jinsab f'sitwazzjoni illegali li ser ikun is-suġġett ta' deċiżjoni ta' ritorn, tal-kontenut tad-dritt għal smigħ iddefinit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea? B'mod partikolari, dan id-dritt jinkludi t-tqegħid f'pożizzjoni li janalizza l-provi kollha miġjuba kontrih f'dak li jirrigwarda d-dritt ta' soġġorn tiegħu, dak li jesprimi fehmtu, oralment jew bil-miktub, wara żmien ta' riflessjoni suffiċjenti, u dak li jibbenefika minn assistenza ta' konsulent tal-għażla tiegħu?

Jekk ikun hemm bżonn, din il-portata tal-kontenut għandha tiġi aġġustata jew imrażżna fid-dawl tal-għan ta' interess ġenerali tal-politika ta' ritorn espost mid-direttiva (imsemmija iktar 'il fuq) tas-16 ta' Diċembru 2008 ?

Jekk iva, liema aġġustamenti għandhom jiġu aċċettati, u fuq liema kriterji għandhom jiġu ddeterminati?

____________

1 - Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98).