Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Pau - Franza) – Khaled Boudjlida vs Préfet des Pyrénées-Atlantiques

(Kawża C-249/13) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Viżi, ażil, immigrazzjoni u politiki oħra marbutin mal-moviment liberu tal-persuni — Direttiva 2008/115/KE — Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment — Prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża — Dritt ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz f’residenza irregolari li jinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tista’ taffettwa l-interessi tiegħu — Deċiżjoni ta’ ritorn — Dritt għal smigħ qabel ma tittieħed id-deċiżjoni ta’ ritorn — Kontenut ta’ dan id-dritt)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Pau

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Khaled Boudjlida

Konvenut: Préfet des Pyrénées-Atlantiques

Dispożittiv

Id-dritt għal smigħ f’kull proċedura, kif japplika fil-kuntest tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 6 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi, għal ċittadin minn pajjiż terz li għandu residenza irregolari, id-dritt li jesprimi, qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn li tikkonċernah, l-opinjoni tiegħu dwar il-legalità tar-residenza tiegħu, dwar l-eventwali applikazzjoni tal-Artikoli 5 u 6(2) sa (5) tal-imsemmija direttiva kif ukoll dwar il-modalitajiet tar-ritorn tiegħu.

Min-naħa l-oħra, id-dritt għal smigħ f’kull proċedura, kif japplika fil-kuntest tad-Direttiva 2008/115 u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 6 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lill-awtorità nazzjonali kompetenti la li tinforma lil dan iċ-ċittadin, qabel is-smigħ organizzat bil-għan tal-imsemmija adozzjoni, bil-fatt li hija għandha l-intenzjoni tadotta fir-rigward tiegħu deċiżjoni ta’ ritorn, la li tikkomunikalu l-punti li fuqhom hija għandha l-intenzjoni tibbaża din id-deċiżjoni u lanqas li tagħtih terminu ta’ riflessjoni qabel ma tiġbor l-osservazzjonijiet tiegħu, peress li dan iċ-ċittadin għandu l-possibbiltà jesprimi, b’mod utli u effettiv, l-opinjoni tiegħu fir-rigward tal-irregolarità tar-residenza tiegħu u tar-raġunijiet li jistgħu jiġġustifikaw, skont id-dritt nazzjonali, li din l-awtorità tastjeni milli tadotta deċiżjoni ta’ ritorn.Id-dritt għal smigħ f’kull proċedura, kif japplika fil-kuntest tad-Direttiva 2008/115 u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 6 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu residenza irregolari jista’ jirrikorri, qabel l-adozzjoni mill-awtorità amministrattiva nazzjonali kompetenti ta’ deċiżjoni ta’ ritorn li tikkonċernah, għal konsulent legali sabiex jibbenefika mill-assistenza ta’ dan tal-aħħar waqt is-smigħ tiegħu minn din l-awtorità, bil-kundizzjoni li l-eżerċizzju ta’ dan id-dr

itt ma jaffettwax l-iżvolġiment korrett tal-proċedura ta’ ritorn u ma jikkompromettix l-implementazzjoni effettiva tad-Direttiva 2008/115.Madankollu, id-dritt għal smigħ f’kull proċedura, kif japplika fil-kuntest tad-Direttiva 2008/115 u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 6 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lill-Istati Membri jassumu r-responsabbiltà għal din l-assistenza fil-kuntest tal-għajnuna legali mingħajr ħlas.