Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' April 2012 - Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill

(Kawża T-509/10) 

("Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bl-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta' fondi - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Kompetenza tal-Kunsill - Użu ħażin ta' poter - Dħul fis-seħħ - Nuqqas ta' retroattività - Obbligu ta' motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball ta' liġi - Kunċett ta' appoġġ għall-proliferazzjoni nukleari - Żball ta' evalwazzjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: F. Esclatine u S. Perrotet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u É. Cujo, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta' Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), tar-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta' Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25), kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta' Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta' Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Il-Qorti Ġenerali ma hijiex kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar it-tieni parti tal-ewwel motiv.

Sa fejn jikkonċernaw lil Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran, huma annullati:

-    id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta' Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK;

-    ir-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta' Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

-    id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta' Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413;

-    ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta' Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 423/2007.

L-effetti tad-Deċiżjoni 2010/413 kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644 jibqgħu fis-seħħ sa fejn jikkonċernaw lil Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran, wara d-dħul fis-seħħ tagħha, jiġifieri fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sad-data effettiva tal-annullament tar-Regolament Nru 961/2010.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 346, 18.12.2010.