Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 taʼ Mejju 2013 - Seba Diş Tįcaret ve Naklįyat vs UASI - von Eicken (SEBA TRADITION)

(Kawża T-508/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva SEBA TRADITION - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti JOHANN WILHELM VON EICKEN TRADIRION - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Seba Diş Tįcaret ve Naklįyat AŞ (Maltepe, it-Turkija) (rappreżentant: H. Wilde, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Joh. Wilh. von Eicken GmbH (Lübeck, il-Ġermanja) (rappreżentanti : C. Rohnke u F. Thiering, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta' Awwissu 2010 (Każ R 559/2009-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Joh. Wilh. von Eicken GmbH u Seba Diş Tįcaret ve Naklįyat AŞ.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Seba Diş Tįcaret ve Naklįyat AŞ hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 346, 18.12.2010.