Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Ottubru 2010 - Seba Diş Tįcaret ve Naklįyat vs UASI - von Eicken (SEBA TRADITION ESTABLISHED 1932 20 FILTER)

(Kawża T-508/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Seba Diş Tįcaret ve Naklįyat A.S. (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: H. Wilde, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Johann Wilhelm von Eicken GmbH (Lübeck, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta' Awwissu 2010, fil-Każ R 559/2009-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: trade mark figurattiva bil-kulur li tinkludi l-elementi verbali "ESTABLISHED 1932 SEBA TRADITION" għal prodotti fil-klassi 34

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Johann Wilhelm von Eicken GmbH

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: trade mark Ġermaniża li tinkludi l-elementi verbali "ESTABLISHED 1770 JOHANN WILHELM VON EICKEN TRADITION" għal prodotti fil-klassi 34

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li ma hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1)