Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023. – OCU vs SRB

(Kawża T-496/18) 1

(“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti dwar l-adozzjoni mis-SRB ta’ mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-SRB dwar deċiżjoni tas-SRB li tikkonferma rifjut ta’ aċċess – Dritt ta’ aċċess għall-fajl – Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Organización de Consumidores y Usuarios (OCU) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Martínez Martínez u C. López-Mélida de Ramón, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: A. Lapresta Bienz, H. Ehlers, M. Fernández Rupérez u J. Rius Riu, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Banco Santander, SA (Santander, Spanja) (rappreżentanti: J. Rodríguez Cárcamo u A. Rodríguez Conde, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar, A. Steiblytė u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni finali tal-Bord tal-Appell tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tad-19 ta’ Ġunju 2018 mogħtija fil-kuntest tal-Każ 54/2017, dwar rifjut ta’ aċċess għal dokumenti relatati mal-adozzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Organización de Consumidores y Usuarios (OCU) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) u minn Banco Santander, SA.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 352, 1.10.2018.