Language of document : ECLI:EU:T:2012:534





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Sviluppo Globale vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑183/10)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ assistenza teknika lill-Gvern tas-Sirja – Ċaħda tal-kandidatura – Obbligu ta’ motivazzjoni”

Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li tiċħad kandidatura — Deċiżjoni li għandha tippermetti lill-persuni kkonċernati li jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda sabiex ikunu jistgħu jinvokaw id-drittijiet tagħhom — Evalwazzjoni tal-osservanza ta’ dan l-obbligu fid-dawl tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tar-rikorrenti fil-mument tal-preżentata tar-rikors (Artikolu 296 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41 u 47; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(2) u (3)) (ara l-punti 16, 19-21, 35, 40, 41, 43)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-14 ta’ Frar 2010, li teskludi l-kandidatura ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti ristretta EUROPEAID/129038/C/SER/SY (ĠU 2009/S 223-319862), dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ assistenza teknika favur il-Gvern Sirjan intiżi sabiex jippromwovu l-proċessi ta’ deċentralizzazzjoni u ta’ żvilupp lokali.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2010 li teskludi l-kandidatura ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti ristretta EUROPEAID/129038/C/SER/SY (ĠU 2009/S 223-319862), dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ assistenza teknika favur il-Gvern Sirjan intiżi sabiex jippromwovu l-proċessi ta’ deċentralizzazzjoni u ta’ żvilupp lokali, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Sviluppo Globale GEIE.