Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2013 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-124/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u P. Gentili, Avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/125/12 għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva ta’ 110 pożizzjoni biex jimtlew pożizzjonijiet vakanti ta’ Assistent (AST3) fil-qasam tal-awditjar, tal-finanzi/kontabbiltà u tal-ekonomija/statistika;

tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/126/12 għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva ta’ 78 pożizzjoni biex jimtlew pożizzjonijiet vakanti ta’ Assistent (AST3) fil-qasam tal-bijoloġija u x-xjenzi tal-ħajja u tas-saħħa, tal-kimika, tal-fiżika u tax-xjenza tal-materjali, tar-riċerka nukleari, tal-inġinerija ċivili u mekkanika u tal-inġinerija elettrika u elettronika;

tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/248/13 għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva ta’ 29 pożizzjoni biex jimtlew pożizzjonijiet vakanti ta’ Amministratur (AD6) fil-qasam tas-sigurtà tal-bini u tal-inġinerija u tekniki speċjali fil-bini;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 263, 264, 266 TFUE

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kisret l-awtorità ta’ res judicata tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-566/10 P, li tiddikjara illegali l-avviżi li jillimitaw il-lingwi li l-kandidati fil-kompetizzjonijiet ġenerali tal-Unjoni jistgħu jindikaw bħala t-tieni lingwa għall-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż biss.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 342 TFUE u 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tafferma li, bil-fatt li llimitat għal tlieta l-lingwi eliġibbli bħala t-tieni lingwa għall-kandidati fil-kompetizzjonijiet ġenerali tal-Unjoni, il-Kummissjoni fil-prattika ħolqot regolament lingwistiku ġdid tal-istituzzjonijiet u invadiet il-kompetenza esklużiva tal-Kunsill f’dan il-qasam.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 12 KE, li sar l-Artikolu 18 TFUE; 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; 6(3) UE; 1(2) u (3) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal; 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58, u 1d(1) u (6), 27(2) u 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Ir-rikorrenti ssostni li r-restrizzjoni lingwistika magħmula mill-Kummissjoni hija diskriminatorja għaliex ir-regoli ċċitati jipprojbixxu l-impożizzjoni fuq iċ-ċittadini Ewropej u fuq l-istess uffiċjali tal-istituzzjonijiet restrizzjonijiet lingwistiċi li ma humiex previsti b’mod ġenerali u oġġettiv mir-regoli tal-proċedura tal-istituzzjonijiet li għalihom jirreferi l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1/58, iċċitat iktar ’il fuq, li sal-lum ma ġewx adottati, u jipprojbixxu l-introduzzjoni ta’ tali limitazzjonijiet fl-assenza ta’ interess tas-servizz speċifiku u mmotivat.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6(3) UE, fil-parti fejn din id-dispożizzjoni tistabbilixxi l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi bħala dritt fundamentali li jirriżulta mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri.Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kisret l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward tal-possibbiltà li jagħżlu bħala t-tieni lingwa kwalunkwe waħda mill-lingwi tal-Unjoni, kif ġara b’mod kostanti sal-2007 u kif ġie kkonfermat b’mod awtorevoli mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-566/10 P.Il-ħames motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter u fuq ksur tar-regoli sostantivi inerenti għan-natura u għall-għan tal-avviżi ta’ kompetizzjoni (b’mod partikolari, tal-Artikoli 1d(1) u (6), 28(f), 27(2), 34(3) u 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal), kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.Skont ir-rikorrenti, bil-fatt li rrestrinġiet b’mod preventiv u ġeneralizzat il-lingwi eliġibbli bħala t-tieni lingwa għal tlieta, il-Kummissjoni effettivament antiċipat għall-fażi tal-avviż u tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà, il-verifika tal-kompetenzi lingwistiċi tal-kandidati, li minflok għandha ssir fil-kuntest tal-kompetizzjoni. B’dan il-mod, il-konoxxenzi lingwistiċi jsiru determinanti meta mqabbla mal-konoxxenzi professjonali.Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 18 u 24(4) TFUE; 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; 2 tar-Regolament Nru 1/58 u 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal.Fuq dan il-punt, ir-rikorrenti tafferma li, bil-fatt li ġie

previst li l-applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu b’mod obbligatorju bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż, u li l-EPSO tibgħat lill-kandidati l-komunikazzjonijiet dwar l-andament tal-kompetizzjoni bl-istess lingwi, inkiser id-dritt taċ-ċittadini Ewropej li jikkomunikaw mal-is

tituzzjonijiet fil-lingwa tagħhom, u ġiet introdotta diskriminazzjoni oħra għad-dannu ta’ min ma għandux konoxxenza approfondita ta’ dawk it-tliet lingwi.Is-seba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296(2) (nuqqas ta’ motivazzjoni), kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, bi żnaturament

tal-fatti.Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni mmotivat ir-restrizzjoni għat-tliet lingwi bil-ħtieġa li r-rekluti l-ġodda jkunu mill-ewwel f’pożizzjoni li jikkomunikaw fi ħdan l-istituzzjonijiet. Din il-motivazzjoni tiżnatura l-fatti għaliex ma jirriżultax li t-tliet lingwi inkwistjoni huma dawk l-iktar użati għall-komunikazzjoni bejn gruppi lingwistiċi differenti fi ħdan l-istituzzjonijiet; u hija sproporzjonata meta mqabbla mar-res

trizzjoni ta’ dritt fundamentali bħad-dritt li wieħed ma jġarrabx diskriminazzjoni lingwistika. Ir-rikorrenti ssostni li, fil-fatt, jeżistu sistemi inqas restrittivi biex tiġi żgurata komunikaz

zjoni rapida fi ħdan l-istituzzjonijiet.