Rikors ippreżentat fis-6 ta' Lulju 2009 - i-content vs UASI (BETWIN)
(Kawża T-258/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: i-content Ltd Zweigniederlassung Deutschland (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-4 ta' Mejju 2009, fil-Każ R 1528/2008-4 rigward l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja BETWIN Nru 006849641, u d-deċiżjoni preċedenti tad-dipartiment tal-UASI (Trade marks u Disinni), tal-10 ta' Settembru 2008, rigward l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja BETWIN Nru 0068496641;
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "BETWIN" għal servizzi fil-klassijiet 35, 38 u 41 (Applikazzjoni Nru 6 849 641)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009
1, peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ u peress li ma jeżisti l-ebda rekwiżit ta' disponibbiltà, ksur tal-Artikolu 79 tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-prinċipju tat-trattament ugwali kif ukoll tal-Artikoli 6 u 14 KEDB u ksur tal-Artikolu 49 KE.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)