Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Ottubru 2012 - Bial-Portela vs UASI - Isdin (ZEBEXIR)

(Kawża T-366/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZEBEXIR - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZEBINIX - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bial-Portela & Ca, SA (São Mamede do Coronado, il-Portugall) (rappreżentanti: B. Braga da Cruz u J. M. Conceição Pimenta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Isdin, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti : P. López Ronda, G. Macias Bonilla, G. Marín Raigal u H. L. Curtis-Oliver, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta' April 2011 (Każ R 1212/2009-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Bial-Portela & Ca, SA u Isdin, SA.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta' April 2011 (Każ R 1212/2009-1) hija annullata.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Bial-Portela & Ca, SA.

Isdin, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 - ĠU C 269, 10.09.2011.