Language of document : ECLI:EU:T:2016:240





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ April 2016 – Le Pen vs Il-Parlament

(Kawża T‑140/16 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Membru tal-Parlament Ewropew – Irkupru ta’ allowances imħallsa abbażi tar-rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikolu 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(3) (ara l-punti 7-9)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Obbligu li jingħataw indikazzjonijiet konkreti u speċifiċi, sostnuti minn provi dokumentarji ddettaljati (Artikolu 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE ; Regoli tal-Proiċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(3) (ara l-punti 14-16)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tikkonstata l-obbligu ta’ rkupru ta’ allowances imħallsa indebitament abbażi ta’ rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari – Deċiżjoni nieqsa minn eżekuzzjoni forzata – Assenza ta’ riskju imminenti ta’ telf finanzjarju serju – Assenza ta’ urġenza (Artikolu 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(3)) (ara l-punti 17, 20)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tad-29 ta’ Jannar 2016, li tordna l-irkupru mingħand ir-rikorrenti tal-ammont ta’ EUR 320 026.23 u tan-Nota ta’ debitu Nru 2016-195, tal-4 ta’ Frar 2016, sussegwenti għal din id-deċiżjoni.


Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.