Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Le Pen vs Il-Parlament

(Kawża T-140/16 R II)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Membru tal-Parlament Ewropew – Irkupru permezz ta’ tpaċija ta’ allowances imħallsa abbażi tar-rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Talba ġdida – Fatti ġodda – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Marie Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentanti: M. Ceccaldi u J.- P. Le Moigne, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Alonso de León, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Jannar 2016, li tordna l-irkupru mingħand ir-rikorrent tal-ammont ta’ EUR 320 026.23 u tan-nota ta’ debitu Nru 2016-195, tal-4 ta’ Frar 2016, sussegwenti għal din id-deċiżjoni

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________