Language of document : ECLI:EU:T:2017:93





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Le Pen vs IlParlament

(Kawża T140/16 R II)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji –Membru tal-Parlament Ewropew – Irkupru permezz ta’ tpaċija ta’ allowances imħallsa abbażi tar-rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Talba ġdida – Fatti ġodda – Nuqqas ta’ urġenza”

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Ċaħda tat-talba – Possibbiltà li titressaq talba ġdida – Kundizzjoni – Fatti ġodda – Kunċett

(Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 160)

(ara l-punti 7, 8, 13)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Jannar 2016, li tordna l-irkupru mingħand ir-rikorrent tal-ammont ta’ EUR 320 026.23 u tan-nota ta’ debitu Nru 2016-195, tal-4 ta’ Frar 2016, sussegwenti għal din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.