Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2018 – Le Pen vs Il-Parlament

(Kawża T-140/16) 1

(“Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Irkupru tas-somom imħallsa indebitament – Kompetenza tas-Segretarju Ġenerali – Oneru tal-prova – Obbligu ta’ motivazzjoni – Użu ħażin ta’ poter – Żball ta’ fatt – Ugwaljanza fit-trattament)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Marie Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentanti: inizjalment M. Ceccaldi u J. P. Le Moigne, sussegwentement M. Ceccaldi, fl-aħħar F. Wagner, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u G. Corstens, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tad-29 ta’ Jannar 2016 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent tas-somma ta’ EUR 320 026.23 imħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu relatata magħha tal-4 ta’ Frar 2016.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Jean-Marie Le Pen huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1     ĠU C 191, 30.5.2016.