Language of document : ECLI:EU:T:2018:122





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018 – Le Pen vs Il-Parlament

(Kawża T-140/16)

“Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Irkupru tas-somom imħallsa indebitament – Kompetenza tas-Segretarju Ġenerali – Oneru tal-prova – Obbligu ta’ motivazzjoni – Użu ħażin ta’ poter – Żball ta’ fatt – Ugwaljanza fit-trattament”

1.      Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fuq il-mertu

(Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE)

(ara l-punt 48)

2.      Parlament Ewropew – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Terz pagatur inkarigat mill-ġestjoni tal-ammonti mħallsa – Provvista ta’ servizzi remunerati minn assistent parlamentari lil terz pagatur – Inammissibbiltà

(Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikolu 36(1))

(ara l-punt 55)

3.      Parlament Ewropew – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Kontroll relatat mal-użu tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari – Oneru tal-prova

(Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikolu 33(1))

(ara l-punti 64, 65)

4.      Rikors għal annullament – Motivi – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 76)

5.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ugwaljanza fit-trattament – Neċessità li jiġi osservat il-prinċipju ta’ legalità – Impossibbiltà li tiġi invokata illegalità mwettqa favur terz

(ara l-punti 88, 91)

6.      Proċedura ġudizzjarja – Miżuri istruttorji – Smigħ ta’ xhieda – Setgħa diskrezzjonali tal-qorti tal-Unjoni

6.      Proċedura ġudizzjarja – Miżuri istruttorji – Smigħ ta’ xhieda – Setgħa diskrezzjonali tal-qorti tal-Unjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 92)

(ara l-punti 96, 97)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Jannar 2016 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent tas-somma ta’ EUR 320 026.23 imħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu marbuta magħha tal-4 ta’ Frar 2016.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jean-Marie Le Pen huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

2)

Jean-Marie Le Pen huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.