Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (Il-Lussemburgu) fl-20 ta' Frar 2012 - Kreshnik Ymeraga, Kasim Ymeraga, Afijete Ymeraga-Tafarshiku, Kushtrim Ymeraga, Labinot Ymeraga vs Ministre du Travail, de l'Emploi et de l'Immigration

(Kawża C-87/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kreshnik Ymeraga, Kasim Ymeraga, Afijete Ymeraga-Tafarshiku, Kushtrim Ymeraga, Labinot Ymeraga

Konvenut: Ministre du Travail, de l'Emploi et de l'Immigration

Domanda preliminari

Sa liema estent il-fatt li wieħed ikun ċittadin tal-Unjoni u d-dritt relatat li jirrisjedi fil-pajjiż li tiegħu għandu ċ-ċittadinanza skont l-Artikolu 20 TFUE flimkien mad-drittijiet, garanziji u obbligi previsti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u, b'mod partikolari u sa fejn huwa rilevanti, fl-Artikoli 20, 21, 24, 33 u 34, jagħtu dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja lill-isponsor, ċittadin Ewropew, li jixtieq jikseb, fil-pajjiż li fih jirrisjedi u li tiegħu għandu ċ-ċittadinanza, ir-riunifikazzjoni ta' missieru u ommu u ta' tnejn minn ħutu, kollha ċittadini ta' pajjiż terz, fil-każ li huwa ma eżerċitax id-dritt tiegħu ta' moviment liberu u ma kienx jirrisjedi fi Stat Membru differenti minn dak li tiegħu għandu ċ-ċittadinanza?

____________