Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ʼ Mejju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative - il-Lussemburgu) – Kreshnik Ymeraga, Kasim Ymeraga, Afijete Ymeraga-Tafarshiku, Kushtrim Ymeraga, Labinot Ymeraga vs Ministre du Travail, de l'Emploi et de l’Immigration

(Kawża C-87/12) 1

“Ċittadinanza tal-Unjoni –— Artikolu 20 TFUE –— Dritt ta’ residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li ma jeżerċitax id-dritt tiegħu ta’ moviment liberu –— Drittijiet fundamentali”

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kreshnik Ymeraga, Kasim Ymeraga, Afijete Ymeraga-Tafarshiku, Kushtrim Ymeraga, Labinot Ymeraga

Konvenuta: Ministre du Travail, de l’Emploi et de l’Immigration

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Cour administrative - Interpretazzjoni tal-Artikolu 20 TFUE u tal-Artikoli 20, 21, 24, 33 u 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Ċittadinanza tal-Unjoni - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja ta’ ċittadin Ewropew, għall-benefiċċju tal-membri tal-familja tiegħu li huma ċittadini ta’ pajjiż terz, fl-assenza ta’ il-każ li huwa ma eżerċizzju effettiv tax id-dritt tiegħu ta’ l-moviment liberu u ta’ dritt ta’ residenza ma kienx jirrisjedi fi Stat Membru differenti minn dak li tiegħu għandu ċ-ċittadinanza

Dispożittiv

L-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jirrifjuta lil ċittadin ta’ pajjiż terz ir-residenza fit-territorju tiegħu, meta dan iċ-ċittadin jixtieq jirrisjedi ma’ membru tal-familja tiegħu li huwa ċittadin tal-Unjoni Ewropea li jirrisjedi f’dan l-Istat Membru li tiegħu huwa għandu n-nazzjonalità u li qatt ma eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu bħala ċittadin tal-Unjoni, sa fejn tali rifjut ma jinkludix, għaċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat, iċ-ċaħda mit-tgawdija effettiva tal-essenzjali tad-drittijiet mogħtija mill-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni.

____________

1 ĠU C 138, 12.05.2012.