Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Ġunju 2007 - L-Olanda vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-182/06)1

"Approssimazzjoni tal-liġijiet - Dispożizzjonijiet derogatorji nazzjonali - Ċaħda mill-Kummissjoni ta' abbozz ta' digriet li jantiċipa t-tnaqqis tal-limitu Komunitarju stabbilit ta' emissjonijiet ta' partiċelli minn ċerti vetturi ġodda bil-magni diesel - Obbligu ta' diliġenza u ta' motivazzjoni - Speċifiċità tar-rispett mill-Istat Membru notifikatur tal-valuri limiti Komunitarji ta' konċentrazzjoni tal-partiċelli fl-arja ċirkostanti"

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta' l-Olanda (rappreżentanti: H. Sevenster u M de Grave, agents)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia, A. Alcover San Pedro u H. van Vliet, agents)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, 2006/372/KE tat-3 ta' Mejju 2006, dwar abbozz ta' dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mir-Renju ta' l-Olanda skond l-Artikolu 95(5) KE, li jistabbilixxi l-limitu ta' emissjonijiet ta' partiċelli minn vetturi li għandhom magna diesel (ĠU L 142, p. 16)

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Renju ta' l-Olanda huwa ordnat ibati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 212 tat-2.9.2006