Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 - Il-Kummissjoni vs Internet Commerce Network u Dane-Elec Memory

(Kawża T-184/06)1

("Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratt konkluż fil-qafas ta' programm speċifiku fil-materja tat-teknoloġiji tas-soċjetà ta' l-informazzjoni (Proġett Crossmarc) - Nuqqas ta' eżekuzzjoni tal-kuntratt - Rifużjoni tas-somma mħallsa bil-quddiem mill-Komunità - Garanzija ta' l-obbligi kuntrattwali ma' l-ewwel talba - Proċedura fil-kontumaċja")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment L. Ström van Lier, imbagħad L. Escobar Guerrero, aġenti, assistiti minn P. Elvinger, avukat)

Konvenuta: Internet Commerce Network (Bagnolet, Franża) u Dane-Elec Memory (Bagnolet)

Suġġett tal-Kawża

Rikors magħmul abbażi ta' klawżola ta' arbitraġġ intiż li jikseb il-kundanna tal-konvenuti li jirrifondu s-somma mħallsa bil-quddiem mill-Komunità, kif ukoll l-interessi għad-dewmien, minħabba n-nuqqas ta' eżekuzzjoni tal-kuntratt Nru 2000-25366, konkluż fil-qafas ta' programm speċifiku ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku, u ta' dimostrazzjoni, fil-materja tat-teknoloġiji tas-soċjetà ta' l-informazzjoni (TSI) (1998-2002) u li jirrigwarda l-proġett Crossmarc (Cross-lingual Multi Agent Retail Comparison).

Dispożittiv

Dane-Elec Memory hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej is-somma prinċipali ta' EUR 55 878, bl-interessi:

bir-rata ta' 4,75 % fis-sena mis-16 ta' Marzu 2004 sal-31 ta' Diċembru 2005;

bir-rata ta' 5 % fis-sena mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2006;

bir-rata ta' 5, 25 % fis-sena mill-1 ta' Jannar 2007 sal-ħlas totali tad-dejn

M'hemmx lok li tiġi deċiża t-talba magħmula kontra Internet Commerce Network.

Dane-Elec Memory għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni.

Internet Commerce Network għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 212 tat-2.9.2006.