Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 - Schräder vs UASI (SUMCOL 01)

(Kawża T-187/06)1

("Privattivi Komunitarji ta' varjetajiet ta' pjanti - Varjetà ta' pjanti SUMCOL 01 - Rifjut tal-applikazzjoni għal privattiva tal-Komunità - Nuqqas ta' karattru distintiv tal-varjetà li saret applikazzjoni għaliha.")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ralf Schräder (Lüdinghausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment T. Leidereiter, W.-A. Schmidt u I. Memmler, wara T. Leidereiter u W.-A. Schmidt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) (rappreżentanti: B. Kiewiet u M. Ekvad, agenti, assistiti minn G. Schohe, avukat)

Suġġett

Rikors għall-annullament imressaq kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-CPVO tat-2 ta' Mejju 2006 (Każ A 003/2004) dwar applikazzjoni għal privattivi Komunitarji ta' varjetajiet ta' pjanti għall-varjetà ta' pjanti SUMCOL 01.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ralf Schräder huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 212, 2.9.2006.