Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Settembru 2009 - Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-183/06)1

("FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Tessuti tal-għażel - Effettività tal-kontrolli)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandez, aġent, assistit minn C. Botelho Moniz u E. Maia Cadete, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Afonso, L. Parpala u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parziali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/334/KE, tat-28 ta' April 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu infiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), (ĠU L 124, p. 21).

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/334/KE, tat-28 ta' April 2006, li teskludi mill-finanzjament Kkomunitarju ċertu infiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) hija annullata sa fejn hija teskludi l-infiq kollu magħmul mir-Repubblika Portugiża fis-settur tal-għażeb.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-iżpejjeż.

____________

1 - ĠU C 121, 2.9.2006