Language of document :

Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2023 minn Romedor Pharma SRL mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-1 ta’ Marzu 2023 fil-Kawża T-38/22, Romedor Pharma SRL vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-276/23 P)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Appellant: Romedor Pharma SRL (rappreżentant: E.-M. Dicu, avocată)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Perfect Care Distribution SRL

B’digriet tat-28 ta’ Settembru 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ddeċidiet li ma tammettix l-appell u tikkundanna lil Romedor Pharma SRL tbati l-ispejjeż tagħha.

____________